Matul il-lejl li għadda numru ta’ ħaddiema tal-indafa pubblika kienu mpenjati biex inaddfu t-toroq tal-kapitali wara li ntemm l-ispettaklu tal-karinival.

Eluf ta’ persuni lbieraħ attendew il-karnival li ġie organizzat fil-Belt Valletta u eżatt wara numru ta’ ħaddiema bdew ix-xogħol tagħhom biex dalgħodu dawk kollha li daħlu fil-kapitali setgħu jidħlu f’indafa kbira.

L-istess ġara n-Nadur Għawdex hekk kif għal lejl ieħor kien hemm eluf li attendew għal karnival spontanju.

Min-naħa tal-ħaddiema tal-indafa pubblika f’Għawdex naddfu ż-żoni kollha fin-Nadur fejn kien qed jiġi ċċelebrat il-karnival.
