Tuesday, April 30, 2024

Nisa: Malta tikseb double kontra l-Lussemburgu

Aqra wkoll

Malta…………………….3

Lussemburgu…………..1

Wara r-rebħa ta’ 2-1 kontra l-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa li għadda, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa reġa’ għeleb lill-istess Lussemburgu din id-darba bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk kiseb double fuq l-istess tim nazzjonali.

Malta fetħet l-iskor wara biss żewġ minuti, grazzi għal xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa ta’ KAILEY WILLIS li ħasad għal kollox lill-goalkeeper tal-Lussemburgu, Celine Topler.

L-istess attakkanta ta’ Chievo Verona KAILEY WILLIS irduppjat l-iskor għal pajjiżna permezz ta’ xutt mill-viċin wara azzjoni ta’ corner fit-12-il minuta hekk kif il-Maltin komplew iżidu l-pesjni tahhom.

Il-Lussemburgu naqqsu l-marġni tal-iskor kontra x-xejra tal-logħob fis-27 minuta, meta l-goalkeeper Maltija Janice Xuereb naqqset milli timblokka cross, B’AMY THOMPSON, mill-viċin titfa’ ġewwa.

Malta ssiġillat ir-rebħa permezz tat-tielet goal fil-50 minuta mis-sostitut JADE FLASK irċeviet tajjeb minn cross pinġut ta’ Ann-Marie Said u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefgħet il-ballun wara Topler.

Fis-70 minuta, l-iskorer prolifiku Maltija Haley Bugeja temmet azzjoni personali b’xutt sabiħ iżda sabet lil Topler attenta.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Maltin u fil-ħin miżjud, tilfu ċans tad-deheb li jagħmluhom erbgħa meta Ylenia Carabott falliet penalty hekk kif rat it-tentattiv tagħha mill-11-il metru jaħbat mal-mimduda u jintemm barra.

Malta: Janice Xuereb, Anne Marie Said, Emma Lipman, Stephania Farrugia, Dorianne Theuma (Shona Zammit 46), Kailey Willis (Jade Flask 46), Maria Farrugia (Ylenia Carabott 76 min), Charlene Zammit (Alexandra Gatt 88), Brenda Borg (Nicole Sciberras 76), Emma Xuereb, Haley Bugeja (Rebecca Bajada 84) Coach: Manuela Tesse 

Lussemburgu: Celine Topler, Kimberley Dos Santos (Leila Shmidt 79), Ana Barbosa, Andreia Machado (Rachel Kirps 79), Yana Lentz, Charlotte Schmit (Marisa Soares 62), Laura Miller, Catarina Lavinas (Joana Lourenco 62), Caroline Jorge (Leticia Mateus 30), Marta Estevez, Amy Thompson (Mariana Lourenco 62 min) Coach: Daniel Santos  

Referee: Martina Molinaro 

Skorers: K. Willis 2, 12, J. Flask 50 (M), A. Thompson 27 (L)

Sport