Friday, April 19, 2024

Ara: Kelb jattakka kelb il-baħar biex jipproteġi lin-nies

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif jgħid il-qawl Malti, l-essenza fil-fliexken iż-żgħar. Mument tal-għaġeb spikka hekk kif kelb il-baħar spiċċa attakkat minn kelb. Dan wara li fil-Bahamas kien hemm dgħajsa mimlija turisti li bdew jgħajjtu wara li raw kelb il-baħar.

Filmati mtella’ fuq il-midja soċjali wera kif minkejja d-differenza kbira fid-daqs, il-kelb qabeż madwar 12 -il pied biex jattakka l-kelb il-baħar. It-turisti abbord fuq id-dgħajsa ppruva jgħajjtu lill-kelb sabiex idur lura, iżda dan għamel ta’ rashu u injora t-twissijiet.

Min-naħa tagħha l-maniġer tar-riżervi tal-kumpanija Rebecca Lightbourn qalet lill-Associated Press nhar il-Ġimgħa li l-kelb dejjem imur max-xatt biex isellem lid-dgħajsa meta jgħaddi minn dik il-gżira. Minkejja dan ,din hija l-ewwel darba li rawh jogħdos.

“Naħseb li din id-darba l-kelb iddeċieda li ried jipproteġi d-dar tiegħu jew jilgħab b’ħuta tassew kbira fl-ilma, u għalhekk mar warajh,” qal Lightbourn.

Temmet tgħid li l-kelb jinsab f’kundizzjoni tajba u mhu qiegħed isofri mill-ebda ġrieħi.

Sport