Thursday, April 25, 2024

Jingħata bidu għall-kompetizzjoni tal-aqwa klassi

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa saru s-sitta u s-seba’ laqgħa tal-istaġun. B’kollox saru 18 -il tiġrija fuq temp ta’ jumejn. Spikkaw l-aktar erba’ heats tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m li taw il-bidu għall-kampjonat organizzat bl-għajnuna tar-Reġjun tan-Nofsinhar. Dawn intrebħu minn Blackaro, Gambit Brodde, Damour Jiel u Charming Soldier. 

Mill-heats Premier tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda li saret is-Sibt, Caviar Du Vivier (Ludvic Ghigo) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan inqabeż minn Blackaro (Dylan Gatt) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna b’tul minn Firejack De Viette (Caillin Borg) u Hunter Montana (Tony Demanuele). Caviar Du Vivier kellu jikkuntenta bir-raba’ post. 

Id-debuttant Żvediż Gambit Brodde (Julian Farrugia) kien quddiem għal kważi d-distanza kollha tat-tieni heat Premier. Dan qasam il-linja finali l-ewwel biex ħa wkoll l-ewwel suċċess f’Malta b’tul u nofs minn Infinite Knight (Charles Degiorgio), Viking’s Topline (Eugenio Bondin) u Tzatziki (Paul Galea). 

Anki l-Franċiż Damour Jiel (Cliferty Calleja) ħa l-ewwel rebħa f’pajjiżna fit-tielet heat li saret il-Ħadd. Dan kien il-ħin kollu quddiem u rebaħ bi ftit minn Cristal Pierji (George Attard), Concerto Royal (Charles Camilleri) u Diza Du Courtille li kienet misjuqa minn sidha stess Ivan Stivala.

Damour Jiel jirbaħ fil-klassi Premier

L-isbaħ tmiem ta’ tmiem il-ġimgħa rajnih fir-raba’ u l-aħħar heat tal-klassi Premier. Taqtiegħa bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali waslet lil Charming Soldier (Paul Galea) biex jieħu l-ewwel rebħa staġjonali bi ftit minn Ellington Dream (Charles Camilleri), Carnaval Du Vivier (Caillin Borg) u Diabo d’Herfraie (Rodney Gatt).  

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Dennis Rose P.J. (M. Debono) Ħin – 3.23.3” (1.17.1”) 2. Ficelujando (C. Magro) 3. Firoza (G. Gatt) 4. Zenit Karsk (B. Camilleri) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 3.22.6” (1.16.7”) 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Voyou De Javron (T. Mallia) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Elegant De Magny (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.7” (1.17.2”) 2. Iglesias Boshoeve (C. Calleja) 3. Django Lover (K Agius) 4. Felista De Marlau (R. Gatt)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 3.18.5” (1.15.2”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Grease d’Huon (Ch. Degiorgio) 4. Fox Trot Maybe (M. Debono) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Guarda (M. Mifsud) Ħin – 3.20.7” (1.16”) 2. Emissoro (R. Schembri) 3. Aruna Des Jacquets (M. Debono) 4. Jadore Sugar (D. Cortis) 

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Blackaro (D. Gatt) Ħin – 2.38.5” (1.14.1”) 2. Firejack De Viette (C. Borg) 3. Hunter Montana (T. Demanuele) 4. Caviar Du Vivier (L. Ghigo)  

VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 3.19.6” (1.15.6”) 2. Diva Du Padoueng (C. Calleja) 3. Hegoa Smart (J. Gafa’) 4. Epona Du Buis (D. Gatt) 

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Gambit Brodde (J. Farrugia) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Infinite Knight (Ch. Degiorgio) 3. Viking’s Topline (E. Bondin) 4. Tzatziki (P. Galea) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin –  3.21.3” (1.16.3”) 2. Deede Star (J. Vassallo) 3. Colorado Telbe (C. Vassallo) 4. Equateur Mauzun (I. Stivala)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gringo Marancourt (K. Axisa) Ħin – NTR 2. Heritier La Vitar (C. Camilleri) 3. Hunivers De Crepin (V. Fenech) 4. Halina Jibay (C. Vassallo) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Heros De Connee (J. Briffa) Ħin – 3.26.5” (1.18.2”) 2. Feder De Banville (C. Calleja) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Fakir De Mone (D. Cortis) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 3. Let It Be Me Tooma (R. Gatt) 4. Frisquette Snob (R. Schembri)  

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Hendy d’Auberville (R. Gatt) Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) 3. Queenswood (G. Attard) 4. Flower Turgot (N. Baldacchino) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Crack De Bas (Cherise Farrugia) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Faon De La Vitard (M. Mizzi) 3. M.T. Nosler (A. Pace) 4. Mystic Accident (D. Cortis) 

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Damour Jiel (C. Calleja) Ħin – 2.40.4” (1.15”) 2. Cristal Pierji (G. Attard) 3. Concerto Royal (Ch. Camilleri) 4. Diza Du Courtille (I. Stivala) 

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Giggs Boko (Ch. Gauci) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Cadol De La Noemie (K. Saliba) 3. Duck De L’Isop (C. Refalo) 4. Forever d’Ecajeul (R. Gatt) 

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Reġjun tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Charming Soldier (P. Galea) Ħin – 2.38.7” (1.14.2”) 2. Ellington Dream (Ch. Camilleri) 3. Carnaval Du Vivier (C. Borg) 4. Diablo d’Herfraie (R. Gatt) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Du Snob (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.7” (1.17.2”)  2. Evita d’Estree (A. Farrugia) 3. Demon De La Besvre (M. Fenech) 4. Diablo De Forgan (C. Caruana) 

Sport