Friday, March 29, 2024

11,000 ħaddiem tal-ambulanzi fuq strajk minħabba l-paga fir-Renju Unit

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dawk kollha li għandhom bżonn is-servizz ta’ ambulanza fir-Renju Unit u f’Wales ser ikunu qegħdin jintalbu jistennew sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dan hekk kif madwar 11,000 ħaddiema tal-ambulanza f’Wales u fir-Renju Unit mistennijin jistrajkaw sabiex jieħdu azzjoni fuq il-paga.

L-istrajks qegħdin isiru wara li ma ntlaħaqx ftehim bejn il-Unjin tal-ħaddiema magħrufa bħala GMB, il-ħaddiema u l-Gvern tal-pajjiż. Dan hekk kif l-poplu tar-Renju Unit irrifjuta l-offerta ta’ paga riveduta mill-Gvern. Din kienet se tkun ekwivalenti għal 3% żejda fuq iż-żieda attwali fis-salajru medju ta’ 4.5%. Pero’ minħabba f’hekk l-ħaddiema kienu se jitilfu 1.5% tal-paga tagħhom mis-sena d-dieħla l’quddiem.

Meta l-Gvern offra din iż-żieda lil ħaddiema, min-naħa tiegħu kelliem mill-unjin qal “dan huwa riżultat ċar u l-membri qalu tagħhom dwar l-offerta. Nirringrazzjaw lill-Gvern ta’ Wales talli fil-fatt daħal fit-taħditiet, imma jekk din hija l-offerta finali tagħhom hija wisq baxxa għall-membri tagħna’’.

Din mhijiex l-ewwel darba li saru strajks fir-Renju Unit minħabba l-paga, speċjalment fis-settur tas-saħħa. Lura għal Diċembru tal-2022, kien hemm infermiera fl-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq li bdew jiem ta’ strajks f’tilwima li għandhom mal-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-pagi.

Dak iż-żmien min-naħa tagħha, Kulleġġ tal-Infermiera magħruf bħala RCN, talbu żieda ta’ 19% fil-pagi. Kienet saħqet fuq l-importanza li jekk il-pagi jibqgħu kif inhuma, l-istrajks se jkomplu sejrin sakemm jintlaħaq ftehim.

Ekonomija

Sport