Fi stqarrija, it-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU, infurmat lill-awtoritajiet konċernati li ser tkun qed tirtira għalkollox l-azzjonijiet kollha li kienu temporanjament sospiżi.
Huwa mifhum li l-ġimgħa d-dieħla ser tkun qed tressaq il-ftehim kollettiv għall-approvazzjoni tal-membri u hekk kif ikollha approvazzjoni, dan jiġi ffirmat fil-jiem ta’ wara.
Sostniet li l-pakkett finanzjarju ġdid huwa wieħed li jagħti valuri xierqa għax-xogħol filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha involuti sabiex setgħet tiġi riżolta din il-kwistjoni.