Friday, December 27, 2024

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mħarrġa biżżejjed biex jintervjenu f’każi ta’ terremoti

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri f’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali qal li matul ix-xhur li għaddew “Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għamlu eżerċizzji b’rabta ma’ każi ta’ terremoti, kemm b’simulazzjoni f’pajjiżna u b’taħriġ intensiv barra minn Malta”.

Dan hekk kif bosta Maltin u Għawdxin f’dawn l-aħħar jiem komplew jesprimu l-biżgħat tagħhom wara li pajjiżna esperjenza numru ta’ theżżiżiet. Intant, sal-bieraħ stess, għall-ħabta tad-9:25 p.m. bosta kienu dawk li ħassew terremot li tkejjel b’qawwa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter. Skont iċ-ċentru siżmiku tal-Università ta’ Malta, dan it-terremot kien lokalizzat fil-baħar, madwar 100 kilometru ‘l barra mis-Siġġiewi.

Il-Ministru Camilleri kompla jgħid li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin f’kuntatt kontinwu mal-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta’ Malta.

Ekonomija

Sport