Friday, May 3, 2024

Mistennija jidhru l-Qorti ż-żewġ ġuvintur b’rabta mal-ġlieda bejn żgħażagħ fil-Belt

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-1:00 p.m., żewġ ġuvintur ta’ 16-il sena mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ każ li seħħ is-Sibt li għadda fil-Belt Valletta.

Huma ġew arrestati lbieraħ wara li saru investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija.

Fl-imsemmi każ, żagħżugħ weġġa’ gravi wara li tard is-Sibt filgħaxija kien involut f’argument fi Triq il-Merkanti.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li grupp ta’ żgħażagħ kienu involuti f’argument u li allegatament kien hemm erba’ minuri li sfaw aggrediti minn aggressuri li ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.

Sport