Sunday, December 22, 2024

“Il-ħajja hija dwar ir-rispett li għandna dejjem nuru lil xulxin”

- Bjorn Formosa

Aqra wkoll

“Il-ħajja hija dwar ir-rispett u r-rispett lil xulxin u jekk taħseb li l-azzjonijiet tiegħek se jweġġgħu lil xi ħadd ieħor allura sempliċement ma għandekx tagħmilha, anke jekk ma tibbenefikax minnha. Il-bwiet tiegħek forsi ma jkunux kuntenti imma r-ruħ tiegħek se tibbenefika bil-kbir, permezz tal-paċi u l-imħabba”

Dan kien il-messaġġ li wassal Bjorn Formosa f’messaġġ fuq Faceboook, fejn spjega li lbieraħ kienet ġurnata ta’ dieqa għalih, minħabba li bata u ħassha li kienet ġurnata tassew ħażina.

Formosa irrimarka; “Ħajti diġà hija kkumplikata minn meta nqum, imbagħad kumplikazzjonijiet bħal dawn jolqtuni kull tant żmien, jipprovaw jagħmluli ħajti impossibbli”.

Saħaq li madankollu episodju bħala dan f’ħajtu ġegħlitu jirrealizza li ħafna mid-drabi, irridu nieqfu u naħsbu kif l-azzjonijiet tagħna se jkollhom impatt fuq oħrajn.

Temm jgħid li huwa importanti li dejjem nirrispettaw lill-kull individwu. Qal ukoll li l-ħajja mhix dwar kemm aħna sinjuri, għax dawk huma biss affarijiet superfiċjali li jistgħu jisparixxu maż-żmien.

Ekonomija

Sport