Friday, December 27, 2024

“Il-ħajja hija li tgħixha u tagħmel memorji sbieħ man-nies … Se nieħu miegħi ħafna minn dawn u aktar”

L-influencer Spanjola Elena Huelva

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ġimgħat biss wara li tellgħet filmat imqanqal fuq il-midja soċjali biex tagħti l-aħħar tislima tagħha, l-influencer Spanjola Elena Huelva mietet din il-ġimgħa fl-età ta’ 20 sena. Hija tilfet il-battalja tagħha kontra tip ta’ kanċer rari li jaffettwa l-għadam u t-tessut tal-madwar.

Huelva, li kienet popolari ferm, qasmet il-marda tagħha fuq il-midja soċjali u t-telfa tagħha bikkmet lil ħafna ammiraturi tagħha li kienu tant draw isegwuha.

Fl-aħħar filmat tagħha, b’nota pożittiva qalet li: “Irrid ngħidilkom li jiena diġà ħriġt rebbieħa u dan grazzi għall-imħabba li qiegħda nesperjenza mill-persuni li qegħdin viċin tiegħi. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħajja hija li tgħixha u tagħmel memorji sbieħ man-nies u jien se nieħu miegħi ħafna minn dawn u aktar. Nixtieq nirringrazzjakom u nħobbkom”.

Ekonomija

Sport