Skont l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-covid-19 f’pajjiżna, fl-aħħar sigħat saru 931 swab test fejn ħadd minn dawk ittestjati ma rriżulta pożittiv għall-virus.
Il-każijiet attivi jibqgħu ħamsa u dan hekk kif ħadd ma rkupra f’dan l-aħħar ftit sigħat.