Beda l-istaġun tal-ħarifa u miegħu ġab ukoll l-ewwel xita tal-istaġun kif kien qed ikun mbassar għal dawn l-aħħar jiem.


Skont il-paġna “It-Temp Madwarna”, xita ħafifa u moderata mistennija tippersisti minħabba arja kiesħa li niżlet mill-Balkani. Intqal ukoll li aktar tard matul il-jum jista’ jkun hemm ukoll xita aktar qawwija jew bir-ragħad.



Sa issa l-aktar li niżlet xita kien lejn il-Punent ta’ Malta, partikolarment lejn Ħad-Dingli fejn tkejlu viċin it-30 millimetru xita.