Monday, December 9, 2024

Il-ħatja ta’ abbuż razzjali għadhom bla azzjoni

Aqra wkoll

Kważi ġimgħatejn wara El Clasico, l-abbuż razzjali ikrah li kien dirett lejn il-players ta’ Barcelona, Lamine Yamal, Ansu Fati, Raphinha u Alejandro Balde, il-ħatja għadhom ma ffaċċjaw l-ebda azzjoni.

Insulti razzisti niżlu fuq iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena wara li skorja fis-Santiago Berna­beu, bl-aktar li spikkaw kienu “morru bie­għu t-tessuti fid-dwal tat-traffiku”.

Aktar tard ġie żvelat li t-tlieta l-oħra wkoll sofrew attakki razzjali. La Liga u Real Madrid kienu t-tnejn pronti biex joħorġu dikjaraz­zjonijiet u wegħdu ġustizzja malajr.

Ġie żvelat li żewġ partitarji kienu diġà ġew identifikati abbażi tal-filmati, u kemm Los Blancos kif ukoll La Liga għaddew l-evidenza miġbura lill-Kumitat tal-Kompetizzjoni u lill-Prosekutur Fiskali biex jinvestigaw.

Skond il-media Spanjola, dawk tal-ew­wel għadhom m’għamlu l-ebda tħab­bira dwar il-kwistjoni.

Il-pulizija għad trid ta­ġixxi wkoll, 13-il jum fil-ħin tal-kitba, u l-każ għadu ma nfetaħx.

Jibqa’ fil-fażi ta’ reġistrazzjoni, skond l-informazzjoni tagħhom, u jkomplu jinnotaw li każijiet preċedenti raw azzjoni ferm aktar mgħaġġla, b’xi pieni diġà ddettati minn dan il-punt. Real Madrid għad iridu wkoll iħabbru xi azzjoni kontra l-partitarji inkwistjoni.

Ekonomija

Sport