Monday, April 29, 2024

Il-ħatra ta’ Angelo Gafa bħala Kummissarju tal-Pulizija approvata mill-Parlament

Aqra wkoll

YouTube video

Il-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi approva n-nomina ta’ Angelo Gafa bħala l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija.

Fi tmiem dak li ssejħet bħala ‘grilling’ tal-Kummissarju-nominat, l-imsemmi kumitat bagħat ittra lill-Ministru għall-Intern, Sigurta u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri fejn irrakkomandalu l-ħatra ta’ Gafa.

Għal din is-seduta kienu preżenti biss il-membri parlamentari tal-Gvern peress li dawk tal-Oppożizzjoni ibbojkottjaw il-proċess.

Fis-smigħ Gafa elenka l-ħsibijiet tiegħu dwar kif irid imexxi l-Korp fejn saħaq li kif għamel fil-passat mhu se jħares lejn wiċċ ħadd anke jekk għamilha ċara li m’għandux xi bakketta maġika.

Huwa qal li l-pulizija jridu jinvestigaw kull allegazzjoni u Allaħares joqgħodu jistennew lill-politiċi biex jgħidulhom jinvestigaw.

Gafa qal li jrid jiffoka fuq l-iktar żewġ tipi ta’ reati li qed jiżdiedu, dawk finanzjarji u s-‘cyber crime’, fejn semma wkoll li se jinħoloq unit ċentralizzat dwar il-‘hate crime’.

Dwar il-każ tal-pulizija tat-traffiku semma li huwa kien diġa ġibed l-attenzjoni dwar ċertu abbużi li setgħu kienu qed jiġru u għamel is-suġġerimenti imma ma ntlaqgħux.

Huwa esprima wkoll id-diżappunt tiegħu li minn żewġ Deputati Kummissarji u 15-il Assistent Kummissarju applikat persuna biss u irrimarka li dan juri li hemm nuqqas ta’ ‘leadership skills’.

Gafa spjega wkoll kif irid jara lill-pulizija ġodda javvanzaw u jingħataw il-possibilita li jaħdmu f’taqsimiet fejn jistgħu jagħtu l-aħjar tagħhom.

Huwa semma anke kif ġejjin vetturi ġodda li jkollhom parti ‘secure’, li huwa favur l-użu tal-‘body cams’ u anke li l-uniformi tkun aħjar waqt li irrimarka wkoll kif iridu jindirizzaw il-problema li ċertu għases qed jittieħdu lura mis-sidien tagħhom.

Sport