Minn Cristian Muscat
Gabriel Bohrer Mentz ta’ 28 sena huwa wieħed mill-aktar plejers magħrufa fil-futbol Malti wara li ngħaqad ma’ Gżira United FC diversi snin ilu. Twieled u kiber fil-Brażil, Bohrer Mentz beda l-karriera tiegħu ma’ Botafogo, wieħed mill-klabbs storiċi mhux biss fil-Brażil iżda wkoll fl-Amerika t’Isfel. Wara li spiċċa l-kuntratt tiegħu ma’ Botafogo u qatta’ sitt xhur bla tim, irċieva l-opportunità li jmur jilgħab f’Malta, meta d-diriġenti ta’ Santa Lucia FC ikkuntattjah biex jissieħeb magħhom bħala difensur ċentrali. Minn hemm, il-vjaġġ tiegħu fil-futbol Malti beda, u illum huwa captain ta’ Gżira United u membru importanti tat-tim nazzjonali Malti.
Meta tkellem dwar l-istaġun attwali, Gabriel qal: “Nistgħu ngħidu li l-istaġun sal-lum ma kienx perfett. Kien hemm logħbiet fejn stajna niksbu aktar punti milli ġejna, iżda llum nistgħu ngħidu li aħna aktar kuntenti bil-progress tal-klabb. Il-bidla ta’ kowċ saret ftit ġimgħat ilu, u l-kowċ preċedenti għamel xogħol tajjeb ukoll għamel tajjeb f’perjodu diffiċli u ħallielna pjattaforma tajba biex nibdew il-bidu mal-ġdid. Il-bidla seħħet, u llum nistgħu ngħidu li qed naraw xi riżultati pożittivi minnha.”
Bohrer Mentz ma jafx jissodisfa biss l-aspettattivi tiegħu u tal-klabb. “L-objettiv tiegħi fil-finali tal-istaġun hu li nilħqu t-top 6 fit-tieno round tal-Yo Health Malta Premier. Nispera li nkunu aktar xortina tajba fl-aħħar logħbiet. L-importanti huwa li naħdmu iebes, inkunu ffukati u niżguraw li kull logħba tkun kompetittiva. Jien nemmen li nistgħu nagħmlu dan jekk inkomplu naħdmu bħala tim wieħed.”
Bohrer Mentz ilu parti minn Gżira United FC għal kważi sitt snin u l-kowċ u l-plejers jikkunsidrawh captain naturali tat-tim. “Il-kariga ta’ captain tfisser ħafna għalija,” qal Gabriel. “Jien parti mill-klabb għal ħafna snin u nemmen li għandek responsabbiltà kbira fuq dak li jiġri fit-tim. Nixtieq li nikseb riżultati tajbin u li l-partitarji jkunu kburin b’dak li nagħmlu. Għandi bżonn niżgura li kull plejer jagħti l-aħjar tiegħu u li kull membru tal-iskwadra jirrispetta r-regoli u l-valuri tal-klabb.”
Gabriel jispjega kif beda l-karriera tiegħu f’Malta u kif ġie magħżul ukoll għall-iskwadra nazzjonali: “Meta kelli 20 sena, spiċċajt minn ma’ Botafogo u qattajt sitt xhur bla tim. Minn hemm kont kkuntattjat mill-manager ta’ Santa Lucia li kien qed ifittex difensur ċentrali. Minn dakinhar, ħadt il-passi u qgħadt f’Malta. Għandi wkoll ċittadinanza Maltija, u minn dakinhar bdejt nilgħab ukoll mat-tim nazzjonali. L-esperjenza hija sabiħa ħafna nilagħbu kontra timijiet kbar bħall-Olanda hu tant importanti għall-karriera ta’ plejer tal-futbol Hu privileġġ kbir li nħossni parti mit-tim nazzjonali u li nara li l-prestazzjoni tiegħi qed tiġi rikonoxxuta.”
Bohrer Mentz jenfasizza li r-riżultati tat-tim nazzjonali mhux dejjem jaslu kif mixtieq, iżda hu ottimist: “Il-potenzjal qiegħed hemm, u xogħol iebes qed isir. Kultant ma nkunux xortina tajba, u mhux dejjem hu faċli. Imma qed naħdmu kuljum biex intejbu u nilħqu riżultati aħjar fil-futur.”
Gabriel jemmen li l-futbol Malti qed jitjieb: “Issa l-kampjonat qed jipprova jsir aktar kompetittiv. Il-klabbs għandhom plejers ta’ kwalità, l-istruttura qed tiġi mtejba, u l-faċilitajiet sportivi għandhom livell tajjeb. Madankollu, il-pitch sintetiku mhux dejjem l-aħjar soluzzjoni għax meta nilagħbu fuq ħaxix naturali, dan jagħmel differenza.
Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Gabriel qal: “Fil-futur ma nafx x’ser jiġri. Jien dejjem nipprova nkun l-aħjar verżjoni tiegħi bħala plejer. Jekk tiġini opportunità barra minn Malta li tgħinni fil-karriera tiegħi, naturalment nkun lest. Imma issa, il-fokus tiegħi hu fuq Gżira United u fuq il-prestazzjoni tiegħi fil-klabb u mat-tim nazzjonali.”
Bohrer Mentz għandu messaġġ ċar għal dawk li jridu jinvolvu ruħhom fil-futbol: “Segwu dak li tħobbu tagħmlu. Il-futbol dejjem kien l-ewwel fil-ħajja tiegħi. Huwa importanti taħdem iebes, tagħmel sagrifiċċji u tagħti kollox kull darba. Jekk tagħmel dan, tista’ tilħaq l-għanijiet tiegħek u tista’ saħansitra tilħaq il-livell professjonali.”
Gabriel Bohrer Mentz jemmen li l-involviment tiegħu fil-komunità sportiva huwa parti essenzjali mill-karriera tiegħu. Hu jħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex ikunu attivi u jieħdu sehem fil-futbol minn età bikrija, mhux biss biex jitħarrġu fiżikament imma wkoll biex jitgħallmu dwar dixxiplina, ħidma f’tim u rispett. “Jien dejjem ngħid lit-tfal biex jemmnu fihom infushom, jaħdmu iebes u ma jħallux diffikultajiet iwaqqfuhom,” jgħid Gabriel. Hu jemmen li bil-passjoni u d-dedikazzjoni, kull plejer żagħżugħ jista’ jilħaq il-potenzjal tiegħu, u l-esperjenza f’Malta tista’ toffri l-pedament tajjeb biex jipproduċi ġenerazzjoni ġdida ta’ plejers kompetittivi.
Hu jtemm billi jgħid li l-ħidma, id-dedikazzjoni u l-passjoni huma ċ-ċavetta għall-karriera ta’ suċċess fil-futbol, u li kwalunkwe plejer żgħir għandu jemmen f’potenzjalu u jsegwi l-imħuħ tiegħu f’dan l-isport.
Gabriel Bohrer Mentz huwa eżempju ċar ta’ kif plejer li beda barra minn Malta jista’ jsir figura influwenti fil-futbol lokali. Captain ta’ Gżira United, membru importanti tat-tim nazzjonali u ispirazzjoni għall-plejers iżgħar, Gabriel jispira mhux biss bl-abilità tiegħu fil-grawnd imma wkoll bil-karattru u l-imħabba lejn l-isport. L-istaġun attwali, il-proġetti għal Gżira United u l-aspirazzjonijiet personali juru li dan id-difensur qed jimxi b’passi b’saħħithom biex iwettaq il-potenzjal tiegħu, u biex iħalli marka importanti fil-futbol Malti.

