Aktar kmieni waranofsinhar fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta ngħata l-aħħar tislima Pierre Pizzuto; Sid u Direttur Maniġerjali ta’ kumpanija li timporta l-ġugarelli. Pizzuto miet fl-aħħar sigħat wara li rriżulta pożittiv għall-covid-19.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu bħala bniedem attiv fil-komunità Mostija kien hemm is-Soċjeta’ Piroteknika Ħmistax t’Awwissu, is-soċjetajiet filarmoniċi ta’ Nicolo Isouard u Santa Marija u l-grupp tal-Iscouts tal-lokalità.
Huwa jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu biex jgħin fl-attivitajiet tar-raħal kif ukoll b’mod individwali b’numru ta’ persuni jirringrazzjawh pubblikament wara li kien ta’ spalla għalihom meta kellhom bżonn.