Sunday, October 27, 2024

“Il-ħin li fih jiltaqa’ l-Parlament u l-kwistjoni tal-MPs full-time għandhom jiġu diskussi”

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ċerimonja li fakkret il-ġrajjiet tas-Sette Giugno 1919

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Materja oħra li l-Ispeaker jemmen li wasal iż-żmien li għandha terġa’ ssir diskussjoni dwarha hi l-ħin li fih jiltaqa’ l-Parlament biex dan ikun jakkomoda aħjar l-eżiġenzi professjonali, familjari, personali u anke akkademiċi tan-numru akbar u firxa aktar wiesgħa ta’ Membri Parlamentari.

Huwa tkellem ukoll dwar il-kwistjoni tal-introduzzjoni tal-Membri Parlamentari full-time u tal-għajnuna li l-gruppi parlamentari għandhom jingħataw. “Dan kollu għandu jifforma parti mid-diskussjonijiet li nara li għandhom jingħataw spinta biex il-Parlamentari jkunu jistgħu jaqdu dejjem aħjar il-mandat tagħhom anke, jekk hemm bżonn, permezz ta’ riallokazzjoni tar-riżorsi li diġà qed jingħataw.” 

Sport