Monday, May 13, 2024

Il-holders Birkirkara kontra Sliema Wanderers fis-semi-finali tal-IZIBET FA Trophy

Aqra wkoll

Il-holders Birkirkara telgħu biex jilagħbu ma’ Sliema Wanderers fis-semi-finali tal-IZIBET FA Trophy. Il-poloz telgħu waqt il-programm 90 minuta fuq TVM Sport + nhar il-Ħadd mid-Direttur tal-Operations tal-Malta FA Stephen Azzopardi u l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-IZIBET Franco Degabriele.

Fis-semi-finali l-oħra, Floriana se jiffaċċjaw lil Gzira United.

Is-semi-finali se jintlagħbu fis-7 u t-8 ta’ Mejju filwaqt li l-finali hija skedata għat-12 ta’ Mejju.

Fir-rawnds ta’ qabel, Birkirkara għelbu lil Attard 3-1, Sirens 1-0 wara l-ħin barrani u Hamrun Spartans bil-penalties. Min-naħa l-oħra, biex waslu f’dan l-istadju, Sliema Wanderers għelbu lil Marsaskala 3-0, Balzan 1-0 wara l-ħin barrani u Mosta bil-penalties.

Floriana għelbu lil Naxxar Lions 2-0, Zebbug Rangers 7-1 u Marsaxlokk 2-0 filwaqt li Gzira United għelbu lil Fgura United 2-0, Hibernians 1-0 u Mgarr United 2-0 fir-rounds preċedenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport