Marsa…………….0
Sliema W……….4
Sliema Wanderers ftit li xejn tħabtu biex kisbu post mal-aħħar tmienja tal-Meridianbet FA Trophy meta għelbu lil Marsa bl-iskor kbir ta’ 4-0.
Sliema ħolqu l-ewwel ċans ta’ skor fis-26 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Mohamed Awad, kien Henrique Murillo li kellu l-konklużjoni tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Marsa, Amara Sylla..
Tliet minuti wara, il-Wanderers fetħu l-iskor meta MOHAMMED AWAD b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Il-Blues irduppjaw l-iskor fil-41 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Wescley, kien GUSTAVO ALCINO li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka.
Proprju kif fetħet it-tieni taqsima, eżattament fit-48 minuta, Sliema skorjaw it-tielet gowl meta Wescley kellu xu-tt tieghu salvat parzjalmnet minn Sylla, biex mir-rebound pront KYRIAN NWOKO li mir-rebound tefa’ ġewwa, biex b’hekk sorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Wanderers.
Il-Blues issiġġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ gowl fis-76 minuta meta wara indeċiżjoni fid-difiża ta’ Marsa, reġa kien KYRIAN NWOKO li tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali fil-partita.
Marsa: 1-Amara Sylla, 7-Dylan Agius (10-Gabriel Aquilina 46), 8-Jean Claude Bugeja, 9-Junior Claudir Marini (30-Irvin Abela 70), 17-Jake Engerer (99-Renan Farias 80), 18-Josuel Azzopardi, 20-Luke Anthony Muscat, 22-Gianluca Bugeja, 70-Lydon Micallef, 81-Sean Cipriott (6-Matthias Bugeja 68), 98-Shaun Bugeja Coach: Saviour Debono Grech
Sliema W.: 28-Josip Bender, 2-Jean Borg (5-Neil Frendo 63), 10-Maksym Priadun (Nicholas Strickland 68 min), 11-Myles Beerman (8-Edmond Agius 63), 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (26-Jeaniro James 80), 21-Kyrian Nwoko, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Acheampong, 41-Samba Kone, 77-Mohamed Awad (27-Tedo Kikabidze 63) Coach: Paul Zammit
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Mark Ciantar, Robert Curtis
Raba’ Uffiċjal: Joseph Scerri
Skorers: M. Awad 31, G. Alcino 41, K. Nwoko 48, 76 (S)
Ammoniti: Ħadd