Tuesday, December 24, 2024

“Il-ħsibijiet tagħna f’dan iż-żmien diffiċli jibqgħu mal-poplu Ukren” – il-PM

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-mexxejja Ewropej, illum attenda s-Summit tal-Kunsill Ewropej fejn fih ġew analizzati l-aħħar żviluppi f’dak li għandu x’jaqsam il-kunflitt fl-Ukrajna.

Dr Abela nnota kif fi Brussell, kellhom diskussjonijiet importanti. 

“Il-ħsibijiet tagħna f’dan iż-żmien diffiċli jibqgħu mal-poplu Ukren. Fid-dawl ta’ dan kollu bħala nazzjon nibqgħu nappoġġjaw l-isforzi tal-UE li tipprovdi assistenza umanitarja u medika.”

F’messaġġ fuq il-midja soċjali Dr Abela żied jgħid: “Erġajna ikkonfermajna ukoll lil Charles Michel bħala President tal-Kunsill Ewropew. Kuntenti li ġie konfermat għax kif għamel fl-aħħar sentejn, speċjalment meta konna qed ninnegozjaw il-pakkett ta’ fondi ewropej, fehem eżatt pajjiżna x’għandu bżonn.”

F’kummenti mal-midja lokali, Dr Abela qal li dan is-Summit kien wieħed importanti fiċ-ċirkostanzi ta’ bħalissa, partikolament bit-tensjonijiet bejn l-Ukranja u r-Russja. “Tara kemm it-tensjonijiet qed jolqtu l-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa stess u kemm hemm bżonn li jkun hemm waqfien mill-ġlied mill-aktar fis, u li l-partijiet jpoġġu madwar mejda u jibdew id-diskussjonijiet dwar il-paċi,” qal Dr Abela.

Żied jgħid li fuq l-enerġija kien hemm diskussjoni twila u qal li hemmhekk il-punt primarju li sar kien l-importanza ta’ infrastruttura tal-gass illi tkun ukoll ‘hydrogen ready’

Intant, għal dan is-summit attenda wkoll il-President Amerikan Joe Biden li pparteċipa fil-laqgħa tal-mexxejja Ewropej u ntlaħaq qbil. Fil-fatt l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti laħqu ftehim dwar il-provvista tal-gass. Dan qed isir fi sforz biex l-Ewropa ma tibqax tkun dipendenti fuq il-provvista tal-enerġija mir-Russja.

Ekonomija

Sport