Saturday, September 14, 2024

“Il-jum dinji tal-bastun tal-għomja llum … u fit-364 jum l-oħra”

Aqra wkoll

L-Għaqda mhux governattiva Visual Non-Visual Network fi stqarrija maħruġa minnha fil-jum dinji tal-bastun tal-għomja tenniet ħajr lil dawk kollha li joffrulhom l-għajnuna u lill-pubbliku inġenerali. Madanakollu hija tenniet il-bżonn ta’ impenn serju fuq livell lokali għal rimedju għan-nuqqasijiet li jiżvantaġġjaw lil dawn il-persuni.

“L-istat ta’ fatt li 80 fil-mija tal-iżvilupp tal-moħħ jiddependi mill-vista tas-sura umana, li biss 3 fil-mija jużaw il-kelb ta’ gwida u 7 fil-mija l-bastun huma xhieda biżżejjed tal-vojt li l-istrateġija tal-mument”, kompliet l-NGO filwaqt li stqarret dwar il-bżonn li fl-estimi tal-budget jibda jkun vot biex pajjiżna jmexxi ’l quddiem l-isfidi li jaffaċċjaw dawn il-persuni għomja.

“Għalina importanti li dan il-jum ikun iċċelebrat fit-364 jum l-oħra wkoll tas-sena, għax dawn il-persuni għandu jkollhom id-dinjità tagħhom ukoll”, tenniet tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport