Friday, May 3, 2024

Smewwiet mimlija tajr ikkulurit fl-Għarb

Aqra wkoll

Is-smewwiet ta’ San Dimitri fil-limiti tal-Għarb inksew b’qawsalla ta’ kuluri waqt is-sitt edizzjoni tal-International Kite & Wind Festival li ttella’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Dan il-festival annwali qiegħed ikompli jikber sena wara l-oħra bħala wieħed mill-appuntamenti l-aktar mistennija fil-kalendarju ta’ attivitajiet f’Għawdex. 

Fil-festival ħadu sehem diversi dilettanti tat-tajr rinomati madwar id-dinja. Fil-fatt, il-parteċipanti mill-Italja, minn Spanja, miċ-Ċina, mill-Messiku, minn Franza, mill-Awstralja, mit-Tajwan, mill-Ġermanja, mill-Ġappun, mir-Renju Unit, mill-Istati Uniti tal-Amerka, u mill-Brażil biddlu dan il-festival f’wieħed internazzjonali. 

Matul il-ġurnata, it-tfal setgħu jipparteċipaw fil-workshops filwaqt li kien hemm attrazzjonijiet oħra għal kulħadd u wirjiet tat-tajr fost oħrajn.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li jinsab kburi bis-sostenn li bħala Ministeru joffru għal dan il-festival kif ukoll bil-Kunsill Lokali tal-Għarb u l-għexieren ta’ volontiera li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan kollu.

Sport