Thursday, December 26, 2024

IL-JUM INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar snin il-ġurnata tal-lum saret tiġi ċċelebrata internazzjonalment bħala l-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ. Din is-sena, is-sena 2022 il-messaġġ li qed jitwassal huwa dak ta’ bżonn ta’ azzjoni fil-ġenerazzjonijiet kollha biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (Sustainable Development Goals – SDGs) u ma jitħalla ħadd jaqa’ lura.

Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ jiġi ċċelebrat ta’ kull sena fit-12 ta’ Awwissu biex iressaq il-kwistjonijiet taż-żgħażagħ għall-attenzjoni tal-komunità internazzjonali u niċċelebraw il-potenzjal taż-żgħażagħ bħala msieħba fis-soċjetà globali tal-lum.

Jum li fih irridu nqajmu wkoll kuxjenza dwar ċerti ostakli għas-solidarjetà interġenerazzjonali, notevolment l-età, li qed iħallu impatt fuq iż-żgħażagħ u l-anzjani, fl-aħħar mill-aħħar effetti detrimentali fuq is-soċjetà kollha kemm hi.

L-età hija kwistjoni insidjuża u ħafna drabi mhux indirizzata fost is-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, u għandha effett kemm fuq il-popolazzjonijiet anzjani kif ukoll fuq iż-żgħażagħ madwar id-dinja. Barra minn hekk, l-anzjanità regolarment tirrelata ma’ forom oħra ta’ preġudizzju (bħar-razziżmu u s-sessiżmu) u taffettwa lin-nies b’modi li ma jħalluhomx jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jikkontribwixxu b’mod komprensiv għall-komunità tagħhom.

Għalhekk is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet hija essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli. Hekk kif wasalna fit-tielet sena tal-pandemija tal-COVID-19, huwa importanti li nirrikonoxxu u nindirizzaw dawn l-ostakli relatati mal-età biex “nibnu mill-ġdid b’mod aħjar” għas-saħħa u l-għarfien tal-ġenerazzjonijiet kollha.

Il-jum tal-lum jagħti opportunità biex jiġu ċċelebrati u integrati l-vuċijiet, l-azzjonijiet u l-inizjattivi taż-żgħażagħ, kif ukoll l-impenn sinifikanti, universali u ekwu tagħhom. Ġie stabbilit mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li fis-17 ta’ Diċembru 1999, approvat ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Konferenza Dinjija tal-Ministri Responsabbli għaż-Żgħażagħ li titlob li t-12 ta’ Awwissu jiġi ddikjarat il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ.

Iċ-ċelebrazzjoni se tieħu l-forma ta’ diskussjoni fuq stil ta’ podcast li se tiġi indirizzata miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ, flimkien ma’ ċelebrazzjonijiet oħrajn organizzati b’mod indipendenti madwar id-dinja li jirrikonoxxu l-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja u l-proċessi politiċi, ekonomiċi u soċjali.

Ekonomija

Sport