Tuesday, December 24, 2024

IL-JUM TAS-SILENZJU

Aqra wkoll

Illum hu t-tieni jum ta’ silenzju. Proprju llum il-poplu tagħna se jkunu qed jivvota biex jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu.  Dan is-sit kif għamel dejjem, se jibqa’ jkun rispettuż kif dejjem kien lejn il-Liġi ta’ pajjiżna, u żamm is-silenzju tiegħu fl-aħħar sigħat fejn tidħol il-kampanja elettorali. Ma nistgħux ma nirrrimarkawx li sfortunatament minħabba l-midja soċjali, kien hemm min baqa’ għaddej jirreklama materjal politiċi. Din mhux problema ta’ din l-elezzjoni biss. Tali sitwazzjoni esperjenzajnieha f’elezzjonijiet oħra fil-passat. F’era fejn it-teknoloġija tal-informatika qed tkompli tiżviluppa u tavvanza, qed issir dejjem aktar diffiċli lli jinżamm dan is-silenzju.  Nemmnu li ovvjament, min jikser din il-liġi tas-silenzju, hemm l-awtoritajiet tal-infurzar, li għandhom jaraw li din ma tinkisirx.

Nemmnu li wara dak li se jiġri llum, hekk kif għada filgħodu nkunu nafu min se jkun qed imexxi lil pajjiżna għal ħames li ġejjin, hu importanti li pajjiżna jħares ‘l quddiem. Inħarsu lejn il-futur. Lejn il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Nemmnu li fuq kollox għandu jipprevali ir-rispett lejn xulxin.  Rispett li m’għandux ikun affettwat minn x’opinjoni politika għandu dak li jkun. Kuħadd għandu dritt ikollu l-opinjjoni politika tiegħu. Kulħadd għandu dritt, li jivvota lil min jidhirlu hu.  

Ma rridux ninsew li hi x’inhi l-opinjoni politika tagħna, aħna lkoll ċittadini tal-istess pajjiż. Aħna ikoll irrid naħdmu u nikkontribwixxu biex dan il-pajjiż jimxi ‘l quddiem bit-tmexxija li tkun inħatret, hi liema partit hi.

Qed ngħidu dan għax, wara li nkunu ivvutajna u tħabbar ir-riżultat se nsibu ma’ wiċċna realtajiet li forsi twarrbu xi ftit minħabba l-kampanja. Fost dawn hemm il-gwerra fl-Ukrajna u l-effetti tagħhom b’mod partikolari fuq il-provvisti ta’ ikel u anke l-prezzijiet. Quddiem din ir-realtà, liema realtà qed taffettwa lil pajjiżna u anke lil pajjiżi oħra madwar id-dinja, il-poplu tagħna m’għandux jinħela aktar f’battibekki pwerili. 

Nemmnu li l-maturità għandha tipprevali u bħala poplu ningħaqdu u nħarsu ‘l quddiem. Inħarsu lejn l-interess nazzjonali.

Ekonomija

Sport