Saturday, December 21, 2024

Il-Kabinett ta’ Sri Lanka jirriżenja kollu f’daqqa… baqa’ biss l-aħwa Rajapaksa

Aqra wkoll

Il-Ministri tal-kabinett ta’ Sri Lanka rriżenjaw kollha f’daqqa wara protesti li qamu kontra l-gvern minħabba l-mod ta’ kif dan qiegħed imexxi f’din l-agħar kriżi ekonomika li laqtet lill-pajjiż fl-aħħar deċenji.

B’kollox kien hemm 26 ministru li ssottomettaw l-ittri tar-riżenja. L-uniku tnejn li ma rriżenjawx kienu l-Prim Ministru Mahinda Rajapaksa u ħuh, il-President Gotabaya Rajapaksa. Fid-dawl ta’ dan, għadd ta’ dimostranti injoraw il-liġijiet tal-curfew u niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-familja Rajapaksa filwaqt li saħqu li r-riżenji ma jfissru xejn jekk dawn jibqgħu fil-poter. 

Fil-preżent dan il-pajjiż għaddej mill-agħar kriżi ek­o­­nomija mill-1948 ’il hawn sewwasew minn meta dan il-pajjiż ħa l-indipendenza mir-Renju Unit. Parti minn din il-kriżi nħolqot minħabba li l-pajjiż għandu nuqqas ta’ munita barranija, li tintuża biex tħallas għall-importazzjoni tal-fjuwil. Dan kollu qiegħed iwassal biex partijiet mill-pajjiż qed jispiċċaw għal jiem twal mingħajr provvista tal-elettriku. Apparti hekk għadd ta’ ċittadini qed isofru wkoll minn nuqqas ta’ mediċini u 
ikel. 

Ekonomija

Sport