Monday, May 20, 2024

“M’hemmx għalfejn tkun l-aktar persuna reliġjuża… Inħobbkom kollha!”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-enerġija pożittiva li kapaċi jitrażmetti minkejja l-età u d-dgħufija tiegħu hija xi ħaġa verament inkredibbli. Kien mument speċjali u tifhem aħjar li m’hemmx għalfejn tkun l-aktar bniedem reliġjuż biex ċertu esperjenzi jħallu l-marka fik għal dejjem.” Qal dan Bjorn Formosa filwaqt li xerred ritratt tal-mument li fih il-Papa Franġisku tah il-barka tiegħu fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

Bjorn ikompli li hu spjega lill-Papa li kuljum jitlob lil Alla biex jagħtih is-saħħa biex ikompli l-missjoni tiegħu. Qal ukoll li meta qasam dan il-ħsieb tiegħu ma’ Franġisku, dan kien konxju tal-proġett tiegħu biex jgħin lil dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ALS u inkoraġġieh biex jibqa’ jaħdem.

Bjorn irringrazzja lil Monsijur Charles Cordina, lill-Aċrisqof Charles Scicluna kif ukoll lis-Sister Rita Mangion għal din l-opportunità li mhux se jinsa qatt. 

“Grazzi lil kull Malti u Għawdxi ta’ kollox. Inħobbkom!”, temm Bjorn.

Sport