Tuesday, April 30, 2024

Il-Papa impressjonat bil-merħba tal-Maltin… ma jeskludix żjara fl-Ukrajna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fuq l-ajruplan fi triqtu lejn Ruma, Papa Franġisku qal li fiż-żjara tiegħu f’Malta u Għawdex seta’ jara l-entużjażmu kbir tal-poplu f’kull triq li għadda minnha.

Skont kif irrappurtat mis-sit uffiċjali tal-Vatikan, waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti abbord l-ajruplan tal-Air Malta, il-Papa Franġisku qal li din iż-żjara qasira ħallietu impressjonat.

Filwaqt li ma kkonfermax dwar iż-żjara tiegħu fl-Ukrajna huwa qal li se jibqa’ jikkunsidra l-possibbiltà li jagħmilha u kkundanna l-attakki mir-Russi. Mistoqsi dwar x’jista’ jsir, il-Papa qal li kemm hu kif ukoll il-Vatikan se jibqgħu jagħmlu li hemm bżonn f’dan ir-rigward.

Il-Papa ħalla pajjiżna lbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m, madwar siegħa wara l-ħin previst. Wieħed mill-fatturi li wassal għal dan l-ittardjar kien il-fatt li Papa Franġisku bħal donnu ma riedx jitlaq mil-Laboratorju tal-Paċi u xhieda ta’ dan kienet it-tbissima kontinwa tiegħu fil-post.

Sport