Meta tkun riesqa xi maltempata u jibda jitħabbar dan, aktarx li l-parti l-kbira tan-nies jaħsbu biex ilebbtu lejn il-bejta tagħhom. Għall-kenn u għall-irdoss. Hemm minn imma jogħxa jintefa’ xi post strateġiku fil-kampanja u jsegwi l-maltempata minn hemm. Xi wħud jinteressawhom li jippruvaw jiġbdu is-sajjetti, oħrajn il-moviment u l-kuluri fis-smewwiet.
Il-fotografu tagħna, Roger Azzopardi, mat-tħabbira ta’ maltempata ifittex postijiet biex jiġbed mumenti partikolari. F’dan ir-ritratt jidher proprju mument hekk. Ftit ħin qabel faqqgħet maltempata li għerrqet il-gżejjer Maltin. Sħab sewdieni li anke jkun ‘il bogħod ibeżżgħek, aħseb u ara fuqek. Dan kien mument ta’ kalma, dik il-kalma ta’ qabel il-maltempata. U biex ħal donnu jibbilanċja il-qilla tas-sħab fis-sema, naraw dak il-ħaxix ħadrani, li flimkien jagħmlu ritratt mill-isbaħ.