Friday, April 19, 2024

Julian Alvarez fil-mira ta’ diversi clubs Ewropej

Aqra wkoll

L-aġent tal-winger ta’ River Plate, Julian Alvarez jinsab fi triqtu lejn l-Ewropa biex ikollu laqgħat ma’ diversi clubs interessati.

Wara li skorja 18-il goal u pprovda sitt assists minn 21 dehra biss fl-ogħla diviżjoni tal-Arġentina dan l-istaġun, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena naturalment għandu ħafna ammiraturi fl-Ewropa.

Filwaqt li l-kuntratt tiegħu għandu jiskadi fi żmien 12-il xahar, Alvarez jidher li x’aktarx jagħmel il-bidla f’waħda miż-żewġ twieqi ta’ trasferimenti li jmiss hekk kif it-timijiet jagħmlu offerta biex jirbħu t-tellieqa għall-firma tiegħu.

Ir-rappreżentant tal-player, Fernando Hidalgo għandu jorganizza laqgħat f’erba’ bliet Ewropej fil-jiem li ġejjin.

Manchester, Londra, Madrid u Milan qed jingħad li huma fil-lista tad-destinazzjonijiet tiegħu, fost spekulazzjonijiet li Manchester United, Tottenham Hotspur, Real Madrid u AC Milan huma kollha interessati li jiftiehmu dwar termini dan ix-xahar.

Alvarez għandu klawsola ta’ release ta’ £17-il miljun fil-kuntratt tiegħu, ċifra kollox ma’ kollox affordabbli minħabba l-potenzjal ta’ Alvarez u l-progress riċenti fit-team nazzjonali tal-Arġentina.

Sport