Sunday, December 22, 2024

Il-Kampanja Logging Off ta’ Fundación MAPFRE teduka liż-żgħażagħ għal futur diġitali aktar sikur

Aqra wkoll

Fundación MAPFRE ħabbret it-tmiem tal-kampanja Logging Off 3, kampanja innovattiva bil-għan li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ Maltin għal futur diġitali aktar sikur. Il-kampanja, issa fit-tielet sena konsekuttiva tagħha, bniet fuq edizzjonijiet preċedenti biex ittejjeb ir-riżorsi tagħha, u laħqet aktar studenti permezz ta’ edukazzjoni dwar imġiba online responsabbli.

Il-Kampanja Logging Off 3 kienet tinkludi 175 workshop li saru fi skejjel tal-gvern, tal-knisja u privati madwar Malta. Kważi 3,000 student ipparteċipaw f’dawn is-sessjonijiet, inklużi kemm studenti tal-iskola sekondarja kif ukoll klassijiet ta’ età ikbar fl-iskejjel primarji. Minkejja l-isfidi waqt il-pandemija ta’ COVID-19, il workshops komplew bla xkiel b’mod remot permezz ta’ whiteboards interattivi.
B’dan il-mod is-sessjonijiet kienu aktar aċċessibbli, permezz ta’ apparat professjonali li ippermetta komunikazzjoni ta’ kwalità għolja bejn il-koordinaturi tal-workshops u l-istudenti.

Matul il-workshops kienu diskussi varjetà wiesgħa ta’ suġġetti – bħal kif wieħed għandu jkun kawt dwar dak li jagħmel online, kif wieħed jipproteġi lilu innifsu, u ir-riskji relatati mal-logħob online.
Permezz ta’ diskussjonijiet interattivi, il-workshops kellhom l-għan li jħeġġu lill-istudenti janalizzaw b’mod kritiku l-imġiba tagħhom online, biex b’hekk isiru aktar responsabbli.

Bħala parti mill-kampanja Logging Off 3, Fundación MAPFRE se tippubblika rapport komprensiv li jeżamina kif żgħażagħ ta’ bejn it-13 u s-16-il sena f’Malta u Għawdex jużaw u jirrelataw mal-Internet, b’enfasi partikolari fuq l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. L-istudju qed isir minn Maria Brown Ph.D., esperta f’ dan il- qasam. Is-sejbiet ta’ dan ir-rapport se jipprovdu għarfien siewi għal dawk li jfasslu l-politika, l-edukaturi u l-ġenituri, u se jgħinu biex jinħolqu strateġiji effettivi li jippromwovu ambjent diġitali b’saħħtu u sigur għaż-żgħażagħ.

Għal aktar informazzjoni dwar Logging Off 3 u inizjattivi oħra ta Fundación MAPFRE, żur is-sit
https://www.mapfre.com.mt/health-promotion/

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport