Monday, December 9, 2024

Il-Kampjonat tal-HillClimb missielet sal-aħħar rawnd

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 24 ta’ Novembru, Island Car Club organizza s-7 round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fil-Baħrija. Dan ir-rawnd ra battalja fost is-sewwieqa, kull wieħed jiġġieled għall-aħħar punti biex jirbaħ il-klassi tiegħhu, meta baqa rawnd wieħed biss għat-tmiem tal-kampjonat.

Ir-rebbieħ Overall tas-7 rawnd kien Mark Micallef, sewwieq ta esperjenza u magħruf għall-ħila u l-preċiżjoni tiegħu. Christian Azzopardi, stilla ġdida fil-komunità tal-hillclimb, u Terence Vella, sewwieq veteran b’esperjenza kbira segwew il Micallef fit-tieni u t-tielet post.

L-aktar veloċi fil-klassijiet l-oħra kienu: Klassi Rear Wheel Drive – Joseph Cutajar, Front Wheel Drive Class – Gabriel Sammut, Klassi Four-Wheel Drive – Joseph Calleja, Klassi Karozzi Klassiċi – Isaac Burlo, Klassi tat-Triq – għal darboħra Joseph Calleja, Fost is-sewwieqa nisa – Graziella Zahra Micallef, Sewwieqa li għandhom aktar minn 60 sena – Silvio Sciberras, Sewwieqa taħt il-25 sena – Calvin Lee Mifsud, Klassi tal-Mistednin – Charles Cutajar.

Għalhekk, għalkemm kien possibbli li matul dan ir-rawnd, ir-rebbieħ tal-overall tal-kampjonat seta’ jkun magħruf, dan ma seħħx. Allura kollox sat-8 u l-aħħar round tal-kampjonat, u l-istennija mhix twila peress li dan ser isir nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Diċembru fl-Imtahleb!

Il-kampjonat qed ikun sponsorjat minn England Insurance, Enemed, Welbee’s Supermarket, The Point u MeDirect.

Ekonomija

Sport