Friday, December 13, 2024

UCL: Bayern jirbħu l-aqwa partita meta għelbu lil Paris SG

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League Bayern Munich rebħa l-aqwa partita tal-ġurnata meta għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 1-0.

Slovan v Milan – Milan marru s-Slovakkja u għelbu lil Slovan Bratislava bl-iskor ta’ 3-2.

Il-goals tar-Rossoneri ġew skorjati minn Christian Pulisic (21), Rafael Leao (68) u Tammy Abraham (71) filwaqt li Tigran Barseghyan (24) u Nino Marcelli (88) wieġbu għat-team ospitu.

Fil-ħin miżjud, Slovan kellhom lil Marko Tolic imkeċċi wara li ntwera t-tieni karta safara.

 Sparta P. v Atletico M. – Atletico Madrid kellhom xalata ta’ goals meta barra minn darhom għelbu lil Sparta Prague bl-iskor ta’ 6-0 fejn Julian Alvarez (15, 59) u Angel Correa (85, 89) skorjaw doppjetta kull wieħed biż-żewġ goals l-oħra jaslu minn Marcos Llorente (43) u Antoine Griez­mann (70).

Barcelona v Brest – Barcelona għelbu lil Brest 3-0.

Il-Katalani fetħu l-iskor minn Robert Lewandowski  (10) minn penalty biex sar it-tielet player li skorja l-100 goal f’din il-kompetizzjoni wara Cristiano Ronaldo u Lionel Messi.

Imbagħad, Dani Ol­mo (66) u l-istess Lewandowski (91) issiġillaw ir-rebħa għall-Barca. 

Leverkusen v Salzburg – Leverskusen ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 5-0.

It-team immexxi mill-coach, Xabi Alonso, warrab għal kollox l-isfida tal-avversarji meta skorja ħames darbiet mingħajr risposta minn Florian Wirtz (8 pen, 30), Alex Grimaldo (11), Patrik Schick (61) u Aleix Garcia (72).

Bayern M. v Paris SG – Bayern Munich għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Il-Bavarjani fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Min jae Kim (38) minn azzjoni ta’ corner.

Fis-57 minuta, il-Pariġini spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Ousmane Dembele għal żewġ karti sofor.

Inter v Leipzig – Inter telgħu fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 1-0 fuq Leipzig bl-uniku goal jasal minn auto-goal ta’ Castello Lukeba (27).

Man City v Feyenoord – Manchester City tilfu vantaġġ ta’ tliet goals meta f’darhom sfaw miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Feyenoord.

L-iskorers tas-City kienu Erling Haaland (44, 53) u Ilkay Gundogan (50) filwaqt li Anis Hadj Moussa (75), Santiago Gimenez (82) u David Hancko (90) wieġbu għall-Olandiżi. 

Sporting v Arsenal – Arsenal kisbu rebħa tajba meta barra minn darhom għelbu lil Sporting Lisbon bl-iskor ta’ 5-1.

Il-Gunners aċċertaw ir- rebħa fl-ewwel taqsima me­ta daħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ tliet goals minn Gabriel Martinelli (7), Kai Havertz (22) u minn daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Magalhaes (45).

Fit-tieni taqsima huma skorjaw darbtejn oħra minn Bukayo Saka (65 pen) u Leandro Trossard (82) wara li Goncalo Inacio (47) naqqas il-marġni tal-iskor għall-Portugiżi.

Young Boys v Atalanta – Barra minn darhom Atalanta rreġistraw rebħa kbira ta’ 6-1 kontra Young Boys.

Il-goals tal-Bergamaschi waslu minn doppjetta ta’ Mateo Retegui (9, 39) u Charles De Ketelaere (28, 56) bil-goals l-oħra jaslu minn Sead Kolasinac (32) u Lazar Samardzic (93).

Silvere Ganvoula (11) kiseb id-draw momentarju għall-Isvizzeri.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport