Ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-bdoti tal-Air Malta li tkeċċew ma jirriflettix in-normi tar-relazzjonijiet industrijali u se jkun qed joħloq diffikultajiet fil-futur.
Il-Kamra tal-Kummerċ Malti qalet li is-69 bdot li tkeċċew mill-Air Malta fis-sajf ġew offruti impjieg fis-settur pubbliku bil-paga ekwivalenti tal-2018.
Fi stqarrija l-Kamra qalet li dan il-ftehim jiddiskrimina fost il-ħaddiema. Fi stqarrija l-Kamra qalet li “tul is-snin f’industrija oħrajn, meta kumpaniji kemm pubbliċi u kif ukoll privati jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji, isiru tkeċċijiet skont in-normi u l-prattiċi tar-relazzjonijiet industrijali, irrispettivament mill-isfidi li dan iġid fuq il-ħaddiema u min iħaddem.”
Żiedet tgħid li ma tara l-ebda raġuni valida għaliex dan il-każ jimmerita trattament preferenzjali. Il-Kamra qalet li dan it-trattament differenti fir-relazzjonijiet tax-xogħol huma inaċċettabbli u mhux ġust fl-ebda ħin speċjalment fi żminijiet diffiċli.