Il-kamra tal-lukanda li fiha qagħad Lionel Messi waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Qatar se tinbidel f’mużew wara s-suċċess tal-Arġentina f’dan it-tournament.
Messi kien strumentali fl-ewwel rebħ tat-Tazza tad-Dinja ta’ pajjiżu f’36 sena, u ġie vvutat ukoll bħala l-aqwa player ta’ din l-edizzjoni wara li skorja doppjetta fil-finali kontra, liema partita spiċċat fi draw ta’ 3-3 iżda l-Arġentini ħarġu rebbieħa 4-2 bl-għoti tal-penalties.
Dan il-player ta’ 35 sena spiċċa wkoll fit-tieni post tal-lista tal-iskorers b’seba’ goals, wieħed inqas mill-Franċiż Kylian Mbappe li fil-finali skorja hat-trick.
Il-kisbiet tiegħu issa se jibqgħu immortali, fejn wieħed mill-organizzaturi, Achraf Ben Ayad, qal li l-ispazju tal-”Universitá” tal-Qatar li kien alloġjat fih Messi, issa se jinbidel f’mużew żgħir.