Tuesday, May 14, 2024

Real Madrid ottimisti li se jiffirmaw lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Kuntrarju għal rapporti fil-media Ingliża, dik Spanjola qed issostni li Real Madrid diġá għamlu kuntatt mal-aġent tal-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmun, Jude Bellingham.

Il-club Spanjol jinsab ottimist dwar in-negozjati u jemmen li fit-30 ta’ Ġunju se jsir player Madrilen.

Bosta huma dawk il-players, fosthom Cody Gakpo, Enzo Fernandez, Bellingham u Azzedine Ounahi, jinsabu fil-attenzjoni minħabba l-wirjiet tagħhom fit-Tazza tad-Dinja. Gakpo diġà ffirma ma’ Liverpool u se jibda l-ewwel esperjenza tiegħu ma’ wieħed mill-clubs fl-Ewropa.

Fernandez qed jispikka u, għalhekk, Benfica rċevew ħafna offerti għalih. Il-player ta’ Borussia Dortmund jinsab fuq l-aġenda ta’ Real Madrid u l-club Spanjol se jagħmel dak kollu possibbli biex jiffirmah.

Bellingham, 19-il sena, għandu kuntratt sal-2025 u għaldaqstant dawn qed jitlobu aktar minn €100 miljun.

Barra minn hekk, Bellingham m’għandu l-ebda intenzjoni li jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Borussia Dortmund u għaldaqstant hemm taqtiegħa bejn il-clubs il-kbar għall-firma tiegħu.

Fil-jiem li għadda missier Bellingham sostna li d-destinazzjoni tiegħu hija lejn Liverpool. Però wieħed irid jara x’kundizzjonijiet se joffru dawk il-clubs li jridu jingaġġawh magħhom.

Sport