Numru ta’ bastimenti kienu termporanjament mwaħħlin milli jidħlu f’parti mill-Kanal ta’ Suez għat-tieni darba fi żmien ftit xhur wara li bastiment spiċċa mdawwar fiż-żona.
Skont rapport fil-midja jidher li l-bastiment spiċċa jostakola l-kanal ta’ Suez madwar 54 Kilometru lil hinn mid-daħla tal-kanal tal-Eġittu.
L-Awtorità inkarigata mill-Kanal ta’ Suez kellha tissospendi temporanjament uħud mill-vjaġġi minn parti minn dan il-Kanal li huwa kruċjali fit-trasport fuq il-baħar.
Erba’ bastimenti li kienu qed jivvjaġġaw lejn is-Suez minn Port Said kellhom jiġu devjati minn parti oħra tal-Kanal kawża ta’ dan l-imblokk.