‘Il-kanċer ma ġabnix għarkobbtejјa; ġabni fuq saqajja! Illum jimmarka l-aħħar jum tiegħi ta’ radio therapу. Nixtieq nesprimi l-akbar gratitudni tiegħi lill-istaff kollu meraviljuż fid-dipartiment tar-radjoloġija’.
Dan kien il-messaġġ li wassal Aurelio Belli fejn irrimarka li l-kelma grazzi sempliċiment ma hix biżżejjed biex jiddeskrivi kemm hu grat.
Belli qal ukoll; “Nibgħatilkom tgħanniqa kbira, flimkien mal-apprezzament mill-qalb tiegħi u t-tama għal ħafna mumenti isbaħ fil-futur! Imħabba kbira”

