Thursday, December 19, 2024

“Il-kanzunetta għandha messaġġ importanti – nixtieq li kulħadd iħobb lilu nnifsu għax aħna perfetti kif aħna”

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Eurovision li saret illum f’Reggio di Venaria f’Turin, l-ambaxxatriċi Maltija ħatfet l-opportunità biex twassal messaġġ pożittiv lin-nies fejn ħeġġet lil kulħadd iħobb lilu nnifsu għax aħna perfetti kif aħna. 

“Jien kunfidenti fil-prestazzjoni tiegħi. Probabbilment l-akbar biża’ tiegħi hija li l-messaġġ tal-kanzunetta tiegħi ma jasalx għand kemm nixtieq nies. Naħseb li l-kanzunetta tiegħi għandha messaġġ importanti ħafna ta’ imħabba lejnha nfusna (self-love) u nixtieq biss li kulħadd japprezza u jħobb lilu nnifsu għax ilkoll kemm aħna tal-għaġeb u perfetti kif aħna. Waqfu l-mibegħda u xerdu l-imħabba,” qalet Emma bi tbissima.

Hija tkellmet ukoll li għamlet perjodu minn ħajjitha tgħix fl-Italja, madankollu f’Malta qalet għandha l-familja, il-ħbieb u l-kelb tagħha li ssibha diffiċli biex tissepara minnhom. 

Tkellmet ukoll dwar meta kienet tipprattika l-għawm u qalet li dan l-isport għallimha tkun determinata ħafna u b’hekk sostniet li d-determinazzjoni tagħha żgur li hija dovuta għal dik id-determinazzjoni li kellha fl-isports.

Ekonomija

Sport