Thursday, April 25, 2024

Jiġbru aktar minn €65,000 wara għawma ta’ 24 siegħa b’risq tewmin b’marda rari u l-Victory Kitchen

Aqra wkoll

Rafel Sammut u Andrew Arrigo, il-fundaturi tal-Victory Kitchen, temmew għawma ta’ 24 siegħa b’risq tewmin b’marda rari u l-Victory Kitchen.

Matul dan il-ħin huma rnexxielhom jiġbru aktar minn €65,000.

L-għawma ta’ 24 siegħa, bil-għan li jkomplu jgħinu lil dawk fil-bżonn, saret fin-Neptune’s Pool fil-Balluta, fejn Rafel u Andrew impenjaw ruħhom għal għawma kontinwa għal minimu ta’ 12-il siegħa (madwar 35km) kull wieħed.

Din is-sena, huma qalu li se jkunu qed jagħtu wkoll minimu ta’ 25% tal-flus miġbura lil Len and Jacob Wellness Fund, jiġifieri għal tewmin li għandhom marda rari u li jeħtieġu appoġġ għall-kura tagħhom.

Minkejja li l-għawma issa ntemmet, min jixtieq xorta jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu biex jgħin kemm lil din l-NGO kif ukoll lill-familja tat-tewmin biex isibu kura għas-subien tagħhom.

🔹BOV Mobile / Revolut: +35699441950

🔹IBAN: MT10APSB77013000000044687710017

Sport