Saturday, December 21, 2024

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz mistennija tirriżenja fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Josianne Cutajar li għal dawn l-aħħar għaxar snin kienet il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vincenz, mistennija li titfa’ r-riżenja tagħha fis-sigħat li ġejjin.

F’ittra li bagħtet lill-ħaddiema, Cutajar qalet li “issa wasal iż-żmien li ngħaddi għal esperjenza oħra. Kienet ix-xewqa u deċiżjoni tiegħi li fi ftit tal-ġimgħat oħra, inkun qed niffoka l-enerġija fuq il-professjoni medika tiegħi.”

Il-Kap Eżekuttiv fl-ittra elenkat il-ħafna kisbiet u affarijiet li saru fl-Isptar taħt it-tmexxija tagħha, fost l-oħra t-twaqqaf ta’ programmi akkreditati ta’ taħriġ speċjalizzat fil-kura tal-anzjani u dipartiment ġdid tal-out patients li diġà laħaq il-miri tiegħu.

F’ittra ffirmata minn Cutajar qalet li b’impenn u dedikazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna, tim ta’ SVP b’suċċess mexxejna numru rekord ta’ proġetti, wieħed wara l-ieħor. “Minn restawr u rinovar tas-swali għal toroq u servizzi infrastrutturali ġodda. Żidna b’mod effettiv il-professjonisti, infermieri, carers u ħaddiema sabiex nassiguraw l-ogħla livell ta’ kura u kwalità ta’ ħajja lir-residenti tagħna,” kitbet il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar San Vinċenz.

Hi rringrazzjat lill-ħaddiema kollha għall-ħidma tagħhom u l-appoġġ li dejjem offrewlha tul dawn l-aħħar għaxar snin.

Ekonomija

Sport