Il-Kap tal-Oppożizzjoni jirrikonoxxi li l-baġit fih miżuril pożittivi

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg, fir-reazzjoni tiegħu għal baġit għas-sena 2027 irrikonoxxa li l-baġit fil miżuri pożittivi. Filfatt hu iddikjara li  “l-baġit jinkludi miżuri pożittivi, iżda jibqa’ jbati mill-istess problemi tas-snin preċedenti, b’ħafna mill-isfidi ewlenin li qed jiffaċċja pajjiżna jibqgħu mhux indirizzati.”

Hu għamel l-ewwel reazzjoni tiegħu f’konferenza tal-aħbarijiet  barra l-Parlament. Alex Borg enfaizza li fost il-miżuri pożittivi li hemm fil-baġit hemm dawk marbutin ma’  tnaqqis fit-taxxa u għajnuna għall-anzjani. Hu iżda iddikjara li għad hemm diversi sfidi li jeħtieġu soluzzjonijiet konkreti. Huwa saħaq dwar il-ħtieġa li l-Gvern jidentifika u jindirizza b’mod aktar effettiv il-problemi li qed jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tal-familji Maltin u Għawdxin. Fost l-akbar sfidi li semma kien hemm it-traffiku. Enfasizza li din hija waħda mill-problemi ewlenin li qed jiffaċċja pajjiżna u li teħtieġ viżjoni ċara u miżuri konkreti.

Alex Borg fil-konferenza stampa qal li meta tara l-miżuri weħidhom ma tistax verament tara l-impatt nazzjonali iżda trid tieħodhom kollha f’daqqa u teżamina x’impatt se jħallu. Huwa ta eżempju tat-teħid tal-benefiċċju ta’ tat-trasport pubbliku b’xejn għal ħaddiema minn pajjiżi terzi u staqsa jekk dan in-nuqqas hux se jwassal biex jonqos it-traffiku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport