Il-UHM tilqa’ b’mod pożittiv is-Super Bonus

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UHM) Josef Vella, meta ta l-ewwel reazzjoni tiegħu għal baġit għas-sena 2027 laqa’ b’mod pożittiv is-Super Bonus li se jingħata fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla. 

Hu qal li  hemm ħafna miżuri pożittivi għall-ġenituri li qed irabbu. Hu iddikjara iżda li jixtieq li  f’baġit futuri jkun hemm miżuri li minnhom jibbenefikaw ħaddiema li m’għandhomx ulied jew uliedhom issa kibru għax huma wkoll qed jikkontribwixxu lejn is-suċċess tal-ekonomija fil-pajjiż. 

“Fejn jidħol it-taxxa aħna ovvjament għandna faxxa ta’ ġenituri li qed irabbu lil uliedhom li bla dubju ta’ xejn din ħa tkompli tgħinhom u ssostnihom. Ma rriddux ninsew imma li għandna faxxa ta’ ħaddiema li jew diġà rabbew lil uliedhom jew m’għandhomx ulied u li tajjeb li xi darba f’xi baġit niftakru daqsxejn fihom għax huma wkoll qegħdin jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-pajjiż tagħna u s-suċċess tagħha. 

Tenna li  nixtiequ naraw pjanijiet, li llum ma ħarġux, fejn jirrigwarda it-tkabbir fil-produttività tal-pajjiż. Jiġifieri llum il-ġurnata qed naraw tkabbir bħala GDP, li ġej mill-kwantità imma ovvjament il-produttività mhiex qed tikber daqshekk. “Naħseb dik hija xi ħaġa li nixtiquha iżjed, għax super bonus huwa bonus li jingħata fis-sena, żgur li ma jagħmilx deni, ġid jagħmel, jiġifieri biex ma nifthiemx ħażin, però mhuwiex il-mod kif tgħolli paga, il-paga ma tgħoliex hekk, il-paga tgħolha billi int iżżid il-produttività u allura jkollok iżjed paga, tikber il-paga tiegħek, tikber il-kapaċità tal-infiq tiegħek. U dak li nawgura għall-ekonomija tal-pajjiż tagħna” sostna Josef Vella. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport