Monday, October 26, 2026
Home Sport Malta Premier League: Zabbar SP jissorprendu lil Floriana

Malta Premier League: Zabbar SP jissorprendu lil Floriana

0
58
RItratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

FLORIANA…………………….. 1

ZABBAR ST PATRICK………. 2

Zabbar St Patrick ħasdu lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bit-tliet goals  jaslu fl-ewwel taqsima, b’din tkun ir-raba’ partita konsekuttiva għall-Greens mingħajr rebħa, bit-tliet partiti preċedenti in fila jintemmu f’riżultat ta’ draw.

Min-naħa l-oħra wara t-telfa ta’ 3-2 kontra Sliema Wanderers, Zabbar irritornaw għar-rebħ, b’din tkun it-tielet waħda tal-istaġun.

Barra minn hekk, kienet ukoll it-tieni rebħa taż-Żabbarin fuq Floriana fl-ogħla diviżjoni tal-football Malti … bl-oħra tmur lura għat-12 ta’ Marzu, 1961, fejn kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 ukoll.

Zabbar fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fit-tmien minuta meta l-ewwel Vinicius Mendonca approfitta minn ħarġa erratika tal-goalkeeper ta’ Floriana, Guilherme Cioletti, iżda kien tassew sfortunat meta kellu x-xutt fil-baxx tiegħu mid-distanza jaħbat ma’ sieq il-lasta, biex mir-rebound, pront kien ANDRE MORICEAU TERRAZIAS li kien fil-post it-tajjeb u bil-kalma kollha mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali liż-Żabbarin u fl-14-il minuta, id-difensur Karlo Brucic ittanta xortih permezz ta’ xutt mill-ew­wel mill-viċin li din id-darba sab lil Cioletti attent, li salva tajjeb.

Iżda Floriana wettqu reazzjoni mill-aqwa u, fl-24 minuta, ta’ dan ġew ippremjati pe­rmezz tal-goal tad-draw meta MYLES BEERMAN venven xutt mid-distanza li ma ta l-ebda cans lill-goalkeeper ta’ Zabbar, Patrik Mohorovic.

Il-partita kompliet tisbieħ u fil-45 minuta, Zabbar reġgħu marru fil-vantaġġ meta l-Kroat MILOS JOVICIC spara xutt minn barra l-kaxxa li ġie devjat għal ġewwa minn player tal-Greens.

Kien biss fis-67 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti denja ta’ nota fit-tieni taqsima, b’Zabbar ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Alfredo Agyeman kellu x-xutt minn pożizzjoni angolata minn ġol-kaxxa devjat f’corner mid-difiża ta’ Floriana.

Floriana wieġbu fil-75 minuta meta Stephen Odey venven xutt mid-distanza li stampa mal-mimduda, biż-Żabbarin jeħilsuha ħafif.

Fit-83 minuta, Zabbar kel­lhom ferħa bla temma meta kellhom goal imħassar, hekk kif is-sostitut Nicholas James Agius għadda taj­jeb lejn Alfredo Agyeman li mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta, iżda r-referee Emanuel Grech wara li kkonsulta l-FVS annulla dan il-goal minħabba offside.

Madankollu, huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita, b’din tkun daqqa ta’ ħarta kbira għal Floriana biex ikomplu jisfidaw mat-timijiet ta’ fuq tal-klassifika.

Floriana: Guilhereme Cioletti, Myles Beerman, Alexandre De Paula (Amar Drina 51), Paul Mbong, Kenan Dervisagic (Robert Muric 61), Dunstan Vella, Alen Kurtalic, Gaston Manuel Romano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Stephen Odey (N’Dri Ange Curtis 76)   – Coach: Jean Paul Desira

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Charles M’Mombwa, Milos Jovicic (Nicolas Lancioni 78), Jake Micallef, Franck Gouhon (Mario Fontanella 81), Zean Leonardi, Vinicius Mendonca (Nicholas James Agius 81), Andre Moriceau Terrazas, Alfredo Agyeman, Tho­mas Melillo (Kaiden Fenech 56)   – Coach: Adolfo Sormani

Referee: Emanuel Grech

assistenti: Luke Portelli, Mit­chell Scerri

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers:A. Moriceau Terrazias 8, M. Jovicic 45 (ZSP), M. Beerman 24 (F)

Ammoniti: J. Micallef, A. Moriceau Terrazas (ZSP)

Player tal-Logħba: Milos Jovicic (ZSP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here