L-MUT tinnota li l-Baġit se jkompli jagħti l-għajnuna

Aqra wkoll

L-Unjin tal-Għalliema  (MUT) fir-reazzjoni tagħha qalet li nnutat li l-Baġit għas-sena 2027 se jkompli jipprovdi għajnuna lill-familji bi tfal li jkomplu bl-edukazzjoni post sekondarja. Hi laqgħet ukoll l-għajnuna għal tfal li jgħixu f’kura alternattiva, biex ikollhom aċċess aħjar għall-edukazzjoni postsekondarja u terzjarja. L-MUT laqgħet b’mod pożittiv ukoll it-tnaqqis fit-taxxi għall-familji u l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-faċilitajiet tal-iskejjel, fir-riżorsi umani u fir-riżorsi għall-istudenti.

L-Unjin iżda qalet li l-Baġit ma jinkludix miżuri biex jissaħħu s-servizzi ta’ appoġġ fis-settur edukattiv, u lanqas titjib fil-miżuri relatati mal-benesseri, li tqis essenzjali għal dan is-settur. Enfasizzat se tkun qed tistenna l-estimi dettaljati tal-budget biex tifhem kif l-investiment imħabbar se jkun qed jiġi tradott f’miżuri konkreti fil-qasam edukattiv.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport