Saturday, November 23, 2024

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu l-isptar… suspetti li ġie vvelenat

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny jinsab mitluf minn sensieh fi sptar, hekk kif inhu suspettat li ġie vvelenat. 

Kienet il-kelliema tiegħu li kkonfermat dan wara li l-politiku spiċċa ma jiflaħx waqt titjira u għalhekk l-ajruplan kellu jagħmel inżul b’emerġenza f’Omsk.

Il-kelliema qalet li hemm suspetti li Navalny ġie vvelenat b’xi ħaġa li ġiet imħallta mat-tè. 

Navalny hu kritiku ħafna tal-President Russu Vladimir Putin u fil-fatt f’Ġunju ddeskriva l-vot fuq ir-riformi kostituzzjonali bħala kolp ta’ stat u ksur tal-kostituzzjoni. Permezz ta’ dawn ir-riformi, Putin jista’ jservi għal żewġ termini oħra fl-uffiċċju tiegħu. 

Sport