Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu Ann Marie Grech, għamlu żjara ta’ kortezija lill-Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna u l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi. Iż-żjara saret illum f’nofsinhar, fil-Kurja tal-Arcisqof, il-Furjana.
L-avukat Bernard Grech rebaħ l-elezzjoni għal Kap tal-PN proprju ġimgħa ilu wara li kiseb kważi 70% tal-voti wara tellieqa mal-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.



