Saturday, May 18, 2024

Il-Kap tal-PN ifakkar l-għajnuna li KMB ta bla ma stenna xejn lura

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech ukoll fakkar lill-Karmenu Mifsud Bonnici bħala avukat kollega intelliġenti u dak li japprezza fih huwa l-fatt li bħala avukat, Karmenu kien għen lil ħafna nies.

“Karmenu mil-lat personali nista’ ngħid li kien persuna kwieta u li kellu sens kbir ta’ umoriżmu imma, kien ukoll persuna li għalkemm kien kwiet, kien determinat u jsostni dak li jemmen. Kien politiku li ħaddan politika li maż-żmien ma nbidlitx u kien Prim Ministru li mexxa pajjiż f’wieħed mill-aktar perjodu diffiċli, jiġifieri fis-snin 80,” spjega Grech. 

Huwa qal li kull politiku jidħol fil-politika biex jagħmel il-ġid skont il-valuri tiegħu u sostna li bħala politiċi għandhom jagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin u li huma obbligati li jagħżlu s-sewwa.

Sport