Sunday, October 5, 2025

Il-Kap tal-PN iwiegħed erba’ vapuri ġodda għal Għawdex

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern jinvesti f’erba’ vapuri ġodda għal Għawdex fosthom wieħed ikun għall-merkanzija.

Dr Borg qal dan waqt li kien qiegħed jindrizza attività politika fin-Nadur Għawdex il-Ħadd filgħodu.

Skont il-Kap tal-PN, Gvern Laburista ġab il-vapur Nikolaus li hu naċċessibbli filwaqt li fakkar li kien Gvern Nazzjonalista li kien xtara 3 vapuri ġodda. 

Hu wiegħed li meta hu jkun Prim Ministru se jkun qiegħed jinvesti f’erba’ vapuri ġodda. Dr Borg ikkritika lil Gvern li skont hu mhux qed juża fondi Ewropej għall-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u qal li dawn jistgħu jiġu investiti fi flotta ġdida ta’ vapuri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport