Tuesday, December 24, 2024

“Il-Kap tal-PN jirrikonoxxi li l-budget jindirizza l-bżonnijiet tal-lum” – Il-Ministru Clyde Caruana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef ukoll tkellem dwar il-kritika tal-Oppożizzjoni b’reazzjoni għall-budget 2022 mħabbar it-Tnejn li għadda. Micallef fakkar li l-Oppożizzjoni kkritikat li dan il-gvern uża bl-agħar mod il-fondi Ewropej, ikkritikat dwar il-mod kif tinħadem il-COLA u kellek il-Kap tal-Oppożizzjoni li sejjaħ il-budget għal-lum biss.

Il-Ministru qal li r-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni turi li l-Oppożizzjoni qiegħda tirrikonoxxi li l-budget kien wieħed tajjeb li jindirizza l-bżonnijiet tal-lum.

Caruana żied jgħid li “ma naqblux u għandu d-dritt kollu li ma naqblux dwar li ma ndirizzajniex il-ħtiġijiet tal-futur. Nsemmi żewġ affarijiet. Preżentajna politika nazzjonali għas-suq tax-xogħol għad-disa’ snin li jmiss u tajna inċentivi għas-settur privat biex ikollu l-possibbilità li jinvesti l-profitti tiegħu”. 

Ekonomija

Sport