Sunday, November 24, 2024

“Il-Kap tal-PN qal li l-gvern xegħel liż-żgħażagħ bil-kannabis… din hi l-fiduċja tiegħu fihom?”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Laburista Jonathan Attard qal li permezz ta’ tali riformi huwa li ħadd ma jħossu stigatizzat.

Huwa qal li sal-bieraħ stess il-Kap tal-Oppożizzjoni wera approċċ li huwa pass ieħor fil-perkors li l-Partit Nazzjonalista qabad tal-irrelevanza. Huwa qal li anke f’liġi bħal din, il-PN qiegħed jagħmel minnha ballun politiku, b’Oppożizzjoni li turi inkonsistenza u konfużjoni.

Huwa fakkar li meta l-gvern nieda l-whitepaper, il-Kap tal-Oppożizzjoni uża kliem bħal “jattira liż-żgħażagħ bil-kannabis u li l-gvern xegħelhom bil-kannabis”, kompla d-Deputat Laburista filwaqt li staqsa dwar x’fiduċja għandu Bernard Grech fiż-żgħażagħ.

Attard spjega li 42 jum ilu l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-bidla, iżda li għalih huwa l-antitesi tal-istess bidla li kien tkellem dwaru.

Id-Deputat Laburista qal li lil dawk in-nies li qegħdin jibżgħu mill-istigmatizzazzjoni minħabba l-użu tal-kannabis, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jgħidilhom biex ikomplu jgħixu f’gidba.

Huwa sostna li liġijiet bħal dawn jikxfu l-wiċċ uman tal-Partit Laburista li b’kompassjoni jieħu azzjoni b’bidla li tnaqqas l-istigma filwaqt li b’responsabbilità jipproteġi lill-minuri.

Temm jgħid li din mhijiex liġi li tippromwovi l-użu tal-kannabis, iżda hija liġi li tirregolarizza l-użu tagħha b’mod responsabbi b’tali mod li min ipejjep joint ma jkunx ittimbrat għal għomru.

Sport